Thursday, December 26, 2024

“Se jkun diffiċli trabbi lit-tarbija jekk ma teħlisx mill-vizzju tad-droga”

Il-Maġistrat Rachel Montebello bi twissija lil tfajla ta' 19-il sena

Aqra wkoll

Il-Maġistrat Rachel Montebello kienet ċara ma’ tfajla ta’ 19-il sena li jekk mhux se tkun qiegħda tiġġieled il-vizzju tad-droga u teħles minnu, allura se jkun diffiċli mmens li trabbli lit-tarbija tagħha. It-tarbija tteħditilha wara li saru diversi rapport minn social workers.

Il-Qorti f’dan il-każ ordnat lit-tfajla biex tibda programm bit-tama li hija tieħu ħajjitha lura u ma tibqax tieħu d-droga.

It-tfajla residenti San Ġwann li isimha ma jistax jixxandar fuq ordni tal-Qorti, tressqet il-ġustizzja mill-Ispettur Sherona Buhagiar fejn ġiet akkużata li fit-2 ta’ Ottubru tal-2022 u fil-ġranet u xhur ta’ qabel, beżżgħet lil ommha u hedditha.

Fit-8 ta’ Ġunju tas-sena li għaddiet, it-tfajla kienet tpoġġiet taħt ordni ta’ probation għal 3 snin u kienet obbligata taħt multa ta’ €1,000 biex ma ddejjaqx lil ommha għal żmien 12-il xahar.

Il-Qorti f’dan il-projodu kienu informata mill-uffiċjal tal-probation li t-tfajla naqset li timxi mal-ordni biex tindirizza l-vizzju tad-droga. Jirriżulta li t-tfajla kienet telqet mill-programm li kienet qiegħda tagħmel mal-Caritas u mill-ġdid reġgħet bdiet tgħix l-istess ħajja li kellha qabel.

Il-Prosekuzzjoni qalet li mit-13-il appuntament li kellha mal-uffiċjal tal-probation attendiet biss għal 5 u lanqas ipprovdiet kampjun tal-awrina biex tiġi ttestjata għad-droga.

Jirriżulta wkoll li hija kienet marret minn jeddha l-Isptar Monte Carmeli imma telqet u marret tgħix ma’ ommha mbagħad reġgħet telqet u daħlet lura fl-Isptar Monte Carmeli waqt li issa bdiet programm mas-Sedqa.

Il-Qorti wissiet lit-tfajla li jekk mhux se tindirizza bis-serjeta l-vizzju tad-droga se jkun diffiċli jekk mhux impossibli li tieħu r-riedni ta’ ħajjitha f’idejha u anke tiġi fdata bit-trobbija tat-tarbija tagħha.

Il-Qorti nnutat li t-tfajla għandha l-motivazzjoni biex tagħmel il-programm, iżda m’għandhiex ir-rieda soda biex tagħmlu sal-aħħar. Kien għalhekk li ordnatilha ssegwi l-programm għar-rijabilitazzjoni mid-droga u wissietha bil-konsegwenzi jekk ma tobdiex.

Ekonomija

Sport