Monday, December 23, 2024

“Se niżguraw li raba’ agrikola, kienet raba’ agrikola, illum hija raba’ agrikola u tibqa’ raba’ agrikola”

Aqra wkoll

Waqt l-attività politika fiċ-Ċentru Laburista ta’ Raħal Ġdid, il-Prim Ministru Dr Robert Abela ħabbar riforma li se tkun forma ta’ wħud mill-akbar miżuri ambjentali fl-aħħar snin. Il-Prim Ministru qal li l-gvern Laburista sema’ l-weġgħat tal-bdiewa u anke tas-sidien tal-art agrikola u għalhekk għal darba oħra qiegħed jaġixxi.

Il-Prim Ministru Robert Abela spjega kif fil-jiem li ġejjin fil-Parlament se jitressaq l-ewwel qari ta’ emendi legali li mhux biss se jiggarantixxu s-sostenibbiltà tal-biedja iżda anke tal-produzzjoni tal-ikel filwaqt li jitħares l-ambjent rurali.

Huwa qal li permezz ta’ din ir-riforma, il-bidwi se jingħata serħan il-moħħ illi ma jistax jiġi żgumbrat mill-għalqa tiegħu filwaqt li toffri serħan il-moħħ lis-sid jingħata valutazzjoni approprjata tal-art tiegħu.

Dan kollu se jsir id f’id mal-pubblikazzjoni ta’ White Paper li tħares ’il quddiem fir-riforma tas-settur agrikolu.

“Din id-deċiżjoni primarjament se tiżgura li raba’ agrikola, kienet raba’ agrikola, illum hija raba’ agrikola u tibqa’ raba’ agrikola”, saħaq Abela.

Ekonomija

Sport