Monday, December 23, 2024

Se tiġġedded b’10 snin l-iskema ta’ ħlas tat-telefonati ċellulari fl-UE

Aqra wkoll

L-iskema tal-ħlas għat-telefonati li jsir minn persuna li tkun barra minn pajjiżha magħrufa bħala “Roam like at Home” se tiġġedded għal għaxar snin oħra. Dan se jkun possibbli skont pjanijiet maqbula b’mod informali bejn il-Parlament Ewropew u l-Presidenza Slovena tal-Kunsill Ewropew.

Skont il-ftehim, il-konsumaturi se jkomplu jkunu jistgħu jużaw il-mowbajls tagħhom meta jivvjaġġaw barra mill-pajjiż fl-UE mingħajr tariffi addizzjonali minbarra dak li diġà jħallsu f’pajjiżhom.

Barra minn hekk, huma jkunu intitolati għall-istess kwalità u veloċità tal-konnessjoni mobbli meta jkunu barra mill-pajjiż bħal f’pajjiżhom. Il-fornituri tar-roaming se jkunu obbligati joffru l-istess kwalità tar-roaming bħal dawk offruti domestikament, jekk l-istess kundizzjonijiet ikunu disponibbli fuq in-netwerk fil-pajjiż li jkun qed iżur. Għal dan il-għan, il-Membri tal-Parlament Ewropew assiguraw dispożizzjoni li tipprojbixxi prattiki li jnaqqsu l-kwalità tas-servizzi tar-roaming.

Il-vjaġġaturi se jkollhom aċċess għal servizzi ta’ emerġenza mingħajr ebda ħlas addizzjonali – kemm jekk b’sejħa jew b’messaġġ, inkluża t-trażmissjoni ta’ informazzjoni dwar il-post ta’ min iċempel. L-operaturi jkollhom jipprovdu wkoll informazzjoni dwar in-numru ewropew ta’ emerġenza 112, ġie miftiehem. Il-persuni b’diżabilità se jkunu jistgħu jaċċessaw servizzi ta’ emerġenza mingħajr tariffi addizzjonali.

Matul in-negozjati, il-Parlament Ewropew ħeġġeġ biex jintemmu s-soprataxxi għal telefonati bejn pajjiżi fl-UE, peress li l-konsumaturi għadhom konfużi dwar id-differenza bejn it-telefonati roaming u t-telefonati intra-UE. It-telefonati intra-UE bħalissa huma limitati għal 19-il ċenteżmu fil-minuta. Il-ftehim jipprevedi li l-Kummissjoni tħares lejn is-sitwazzjoni u tivvaluta jekk hemmx bżonn ta’ aktar tnaqqis tal-limiti massimi.

It-tariffi tar-roaming – l-prezzijiet li l-operaturi jitolbu lil xulxin meta l-klijenti tagħhom jużaw netwerks oħra meta jużaw l-UE – se jkunu limitati għal €2 għal kull Gigabyte (Gb) mill-2022 progressivament għal €1 fl-2027.

Ekonomija

Sport