Thursday, April 18, 2024

Sebastian Haller se jkollu jieħu l-kimoterapija għall-kanċer fit-testikoli

Aqra wkoll

Sfortunatament, l-akkwist il-ġdid ta’ Borussia Dortmund, Sebastian Haller, se jkollu jieħu l-kimoterapija għall-kanċer li għandu fit-testikoli u għaldaqstant se jitlef dan l-istaġun.

Sar magħruf li dan il-kanċer huwa aggressiv aktar milli kien maħsub u fi stqarrija l-club Ġermaniż qal: “Il-club se jagħmel dak kollu possibbli biex Haller jieħu t-trattament neċessarju u se jkun ta’ spalla kbira miegħu. Għaldaqstant se jkun barra mill-azzjoni kemm ikun hemm bżonn. Bħalissa l-objettiv huwa t-triq lejn il-fejqan.”

Borussia kienu ffirma lil dan il-player ta’ 28 sena mingħand Ajax għal €30 miljun iżda fid-19 ta’ Lulju li għadda sar magħruf li nltaqat minn din il-marda qerrieda.

Minkejja li huwa twieled fi Franza, huwa jilgħab għall-Ivory Coast.

Ekonomija

Sport