Sena priġunerija u multa ta’  €4,000 għal Abner Aquilina talli agredixxa psikjatra

Aqra wkoll

Abner Aquilina kien ikkundannat sena priġunerija u mmultat €4,000 wara li nstab ħati li aggredixxa psikjatra fl-Isptar Monte Carmeli.

Fil-Qorti, il-Prosekuzzjoni spjegat li l-każ seħħ fil-bidu ta’ Settembru tal-2022, kien mixli li minbarra li agredixxa lil psikjasrtra, dan allegatament beda jheddu. Aquilina kien mixli wkoll li kiser ordni tal-Qorti mogħtija lilu fl-2018. 

Ġie spjegat li l-investigazzjoni mill-Pulizija fuq Aquilina bdiet hekk kif il-Puliziaj stess rċeviet rapport mingħand Pulizija li kien hemm Aquilina li ħebb għal psikjatra. 

Ingħad li meta l-Pulizija marru fuq il-post, il-psikjatra qalilhom li kien qala daqqa ġo rasu mingħand Aquilina wara li hu u l-assistent tiegħu kienu qed jinvistaaw lil Aquilina nnifsu. Ġie spjegat li kawża tad-daqqa, il-psikjatra spiċċa mal-art u ttieħed l-Isptar Mater Dei. 

Aquilina kien arrestat u interrogat fejn irrifjuta li jikkopera, beda jinsulenta lill-pulizija u lill-uffiċjali tal-Ħabs u anke kixef il-parti ġenitali tiegħu waqt li beda jidħak.

Quddiem il-Maġistrat Nadine Sant Lia xehed il-psikjatra kif ukoll pulizija involuti fil-każ u anke uffiċal mediku li kien mal-psikjatra waqt iż-żjara fl-Isptar Monte Carmeli.

Il-Maġistrat Sant sabet lil Abner ħati u minbarra s-sena ħabs u l-€4,000 multa ħarġet ordni ta’ trażżin għal 3 snin biex tipproteġi lill-psikjatra.

LEAVE A REPLY

Please enter your comment!
Please enter your name here

Sport