Monday, April 27, 2026

Senglea Gunners fit-tieni post wara rebħa fuq Valletta St Paul’s

Aqra wkoll

Valletta St Paul’s tilfu ċ-ċans li jersqu viċin il-leaders tal-kampjonat tal-Ewwel Diviżjoni tal-MAFA Għaxaq Wolves meta tilfu l-konfront tagħhom kontra Senglea Gunners bl-iskor ta’ 1-0 fit-13-il ħarġa tagħhom.

Valletta St Paul’s – Senglea Gunners 0-1

Gowl ta’ Christopher Philip Balotelli wara 21 minuta logħob kien biżżejjed sabiex Senglea Gunners jirbħu lil Valletta St Paul’s.

Is-Sengleani kienu determinati li jieħdu l-punti massimi minn dan il-konfront wara li f’dawn l-aħħar partiti tilfu l-punti li tawhom daqqa ta’ ħarta sabiex jisfidaw għat-titlu. Issa huma jinsabu erba’ punti bogħod mill-ewwel post għalkemm għandhom logħba iktar mil-liders Għaxaq Wolves.

Referee kien Karl Stefan Galea.

Balluta Barracudas – Marsa St Michael 3-4

F’logħba divertenti ta’ seba’ gowls, Marsa St Michael għelbu lil Balluta Barracudas 4-3. Kienet logħba fejn id-difiżi wettqu xi żbalji li wittew it-triq għal xi gowls.

Kienu Marsa li marru minn fuq fl-14-il minuta minn Lamin Saho sabiex żewġ minuti wara Joao Marcelo Coutinho irdoppja l-iskor.

Fit-tieni taqsima, Gabriel Echanove naqqas l-iskor għall-Cudas qabel ma’ Marcelo għaqqad doppjetta u għamilhom 3-1.

Minkejja kollox, kien għad fadal aktar gowls hekk kif Paco Vassallo kompla naqqas l-iskor għal Balluta għalkemm Nikola Neskovic żied ieħor fil-65 minuta. Gabriel Echanove għaqqad doppjetta u għamel l-iskor finali 4-3.

B’din ir-rebħa, issa Marsa telgħu fit-tielet post tal-klassifika bi 43 punt.

Referee kien Carmel Vassallo.

San Ġwann Pro Evolution Academy – Valletta Stars St Dominic

San Ġwann Pro Evolution Academy jinsabu pass bogħod milli jiġu relegati għat-tieni diviżjoni meta tilfu kontra Valletta Stars St Dominic 2-1.

Il-Beltin fetħu vantaġġ ta’ żewġ gowls sa tmiem l-ewwel taqsima minn Klajdi Qose fid-9 minuta u Isah Mustapha Abdullha fis-16-il minuta.

Tard fit-tieni taqsima, Seni Barlam naqqas l-iskor għal San Ġwann iżda kien tard wisq biex isalvaw il-logħba.

Referee kien Ray Tabone

It-Tieni Diviżjoni

Birzebbugia St.Peters AFC- Gudja Wanderers

Birżebbuġa St Peter’s AFC jinsabu ferm viċin li jirbħu t-tieni fażi tal-kampjonat tat-tieni diviżjoni meta għandhom punti massimi minn ħames logħbiet. Huma għelbu lil Gudja Wanderers 1-0.

L-uniku gowl tal-logħba ġie skorjat mill-aqwa skorer tal-kampjonat Oussama Boutayeb wara freekick mill-isbaħ.

Referee kien Alex Grech.

Naxxar Victorians – Mqabba Albions

Mqabba kisbu l-ewwel rebħa tagħhom fit-tieni fażi ta’ dan il-kampjonat wara li għelbu lil Naxxar Victorians 3-2.

Protagonista għalihom kien Hajy Semu Maher li kien awtur ta’ tripletta. Għal Naxxar, Liam Sciberras u Alex Dormor naqqsu l-marġni tal-iskor.

Referee kien Jean Pierre Mifsud.

Ħamrun Sporting ħadu walk-over ta’ 3-0 fuq Ta’ Ġiorni Wanderers.

KLASSIFIKA L-EWWEL DIVIŻJONI

Għaxaq Wolves – 27, Senglea Gunners – 23, Marsa St Michael – 22, Valletta St Paul’s – 21, Valletta Stars – 21, San Ġiljan Saints – 13, San Ġwann Pro Ev – 12, Balluta Barracudas – 3.

KLASSIFIKA IT-TIENI DIVIŻJONI

Birżebbuġa SP AFC – 15, Ħamrun Sporting – 12, Attard Edex Kings – 10, Swieqi United AFC – 7, Gudja Wanderers – 5, Mqabba Albions – 4, Naxxar Victorians – 3, Ta’ Ġiorni W – 1.

ĦALLI RISPOSTA

Jekk jogħġbok ikteb il-kumment tiegħek!
Jekk jogħġbok iktebismek hawn

Sport