Sunday, November 24, 2024

Sentenza sospiża għal Ingliż li ammetta li ħebb għal xufier tat-taxi

Aqra wkoll

Ingliż ta’ 19-il sena li jgħix il-Mellieħa ġie ikkundannat sentejn ħabs sospiżi għal erba’ snin wara li fil-Qorti ammetta li ħebb għal xufier ta’ taxi li kien wasslu qrib ir-residenza tiegħu.

Fil-Qorti, il-Prosekuzzjoni mmexxija mill-Ispetturi Francesco Mizzi u George Frendo spjegaw li l-każ seħħ f’Lulju ta’ sentejn ilu fis-sigħat bikrin ta’ filgħodu fil-Mellieħa.

L-akkużat, Oliver Chandler Kassim kien mixli li kkaġuna ġrieħi gravi lix-xufier. Meta l-Maġistrat Rachel Montebello ġiet biex tati s-sentenza, kien hemm qbil bejn il-Prosekuzzjoni u d-Difiża fir-rigward tal-piena li l-akkużat kellu jingħata.

Il-Maġistrat Montebello kkunsidrat il-kondotta nadifa taż-żagħżugħ, l-età żgħira tiegħu u l-fatt li jbati minn diffikultajiet relatati mas-saħħa mentali. Minbarra s-sentenza sospiża, inħarġet ukoll ordni ta’ protezzjoni favur il-vittma għal perjodu ta’ tliet snin.

Sport