Sunday, November 24, 2024

Serie A: Inter tmien punti ‘l bogħod mir-rebħ tal-Iscudetto

Aqra wkoll

Hekk kif tintlagħab it-32 ġurnata tas-Serie A, l-attenzjoni tibqa’ dejjem fuq il-leaders Inter meta jospitaw lit-team minn Sardinja ta’ Cagliari.  

Dan minħabba li meta fadal seba’ partiti għal     tmiem l-istaġun, huma jonqoshom tmien punti biex jirbħu l-20 Scudetto fl-istorja tal-club. 

Barra minn hekk, jintlagħab ukoll id-Derby Delle Mole bejn Torino u Juventus. 

Peró jekk fil-passat dan il-konfront kien jisraq ix- xena, illum tilef mill-inte­ress tiegħu min­ħabba li Torino m’għadhomx daqstant kompetittivi. 

Inter v Cagliari – Inter jibdew favoriti li jieħdu t-tliet punti meta jospitaw lil Cagliari. 

L-Interisti ġejjin minn reb­ħa diffiċli ta’ 2-1 kontra Udinese bil-goal tar-rebħa jasal proprju fil-95 minuta minn Davide Frattesi.  

Huma se jilagħbu kontra team li jinsab erba’ punti fuq iż-żona tar-relegazzjoni u għaldaqstant jimmiraw li jieħdu xi ħaġa minn din il-partita. 

L-aħħar rebħa ta’ Cagliari f’San Siro kienet eżattament fis-16 ta’ Ottubru, 2016, bl-iskor ta’ 2-1. 

Inter ma jistgħux jinkludu lil Lautaro Martinez u Benjamin Pavard li huma sospiżi filwaqt li Alessandro Bastoni, Stefan de Vrij u Juan Cuadrado qed jir­kup­raw minn injury. 

Cagliari għandhom barra lil Nahitan Nandez u Alessandro Deiola li huma sospiżi filwaqt li Andrea Petagna, Leandro Pavoletti u Mar­co Mancuso huma mweġ­ġgħin.

Torino v Juventus – Torino, li jinsabu fid-disa’ post tal-klassifika, jilqgħu lir-rivali eterni, Juventus, liema konfront iqanqal nostalġija kbira għall-players leġġen­darji li kienu jilagħbu f’dan id-derby. 

L-aħħar darba li Torino għelbu lil Juventus, f’darhom, kien fis-26 ta’ April, 2015, bl-iskor ta’ 2-1. 

Barra minn hekk, il-Bianconeri jistgħu jiftaħru li għandhom rekord aħjar meta rreġistraw 35 rebħa kontra d-19 tal-Granata. 

Juventus jimmiraw li jkomplu jibnu fuq ir-rebħa ta’ 1-0 fuq Fiorentina wara żewġ telfiet u żewġ draws … bil-konsegwenza li ċedew ukoll it-tieni post. 

Juventus se jkollhom lil nieqes lil Arkadiusz Milik li għandu fastidju muskolari filwaqt li Torino ma jistgħux jagħmlu użu minn Gvidas Gineidis, Koffi Dji­dji, Ivan Ilic u Alphonse D’Guessan li kollha huma mweġġgħin. 

Sassuolo v Milan – Milan imorru jilagħbu għand Sassuolo fejn jimmiraw li jsaħ­ħu t-tieni pożizzjoni. 

It-team immexxi minn Stefano Pioli ġej minn seba’ rebħiet fl-aħħar tmien partiti f’kull kompetizzjoni u għalhekk il-moral hu għoli.

Huma se jilagħbu kontra team li jinsab fil-post ta’ qabel l-aħħar. 

Ir-Rossoneri se jkollhom jgħaddu mingħajr Malik Thiaw, Pierre Kalulu, Alex Jimenez u Tommaso Pobega minħabba li qed jirkupraw minn injury. 

Sport