Monday, November 2, 2026
Home Sport Serie A: Juventus jegħlbu lil Napoli b’goal f’kull taqsima

Serie A: Juventus jegħlbu lil Napoli b’goal f’kull taqsima

0
49

Juventus għelbu lil Napoli 2-0 f’logħba importanti mis-Serie A, b’goals minn Kerim Alajbegovic u Jeremie Boga. 

Iż-żagħżugħ Alajbegovic fetaħ l-iskor, fis-70 minuta, b’xutt spettakolari li ħabat mal-lasta qabel daħal fix-xibka biex dan kien l-ewwel goal tiegħu fil-kampjonat. 

Ħames minuti wara, Napoli sabu ruħhom f’diffikultà akbar meta Luca Marianucci tkeċċa wara t-tieni karta safra. 

Imbagħad, tliet minuti mit-tmiem, Boga ssiġilla r-rebħa bi ġmiel ta’ konklużjoni. 

Dan kien it-tielet suċċess ta’ Luciano Spalletti f’seba’ logħbiet, filwaqt li Juventus telgħu fis-seba’ post, punt fuq Napoli, u naqqsu l-pressjoni minn fuq il-coach tagħhom.

LEAVE A REPLY

Please enter your comment!
Please enter your name here