Sunday, May 5, 2024

Serie A: Juventus jirbħu fil-ħin miżjud

Aqra wkoll

Juventus kisbu rebħa drammatika meta barra minn darhom għelbu lil Cremonese bl-iskor ta’ 1-0, bil-goal jasal fil-91 minuta minn free-kick ta’ Arka­diusz Milik.

Cremonese jistgħu jħossuhom sfortunati meta laqtu l-lasti darbtejn minn Fabio Miretti u Cyriel Dessers.

Sassuolo v Sampdoria – Sampdoria marru għand Sassuolo u għelbuhom bl-iskor ta’ 2-1 biex irreġistraw rebħa mill-aktar importanti fit-tentattiv li jkomplu jiġġieldu għas-salvazzjoni.

Huma fetħu vantaġġ ta’ żewġ goals minn Manolo Gabbiadini (26) u Tommaso Augello (28). Domenico Berardi (64 pen) daħħal lit-team ospitu fil-logħba iżda d-difiża ta’ Sampdoria żammet soda.

Spezia v Atalanta – Atalanta ħadu skoss qawwi fit-tenattiv li jkomplu jisfidaw għal post fil-UEFA Cham­pions League meta sfaw miżmuma fi draw ta’ 2-2 minn Spezia.

Dawn tal-aħħar fetħu vantaġġ doppju minn Emmanuel Gyasi (8) u Mbala Nzola (31) iżda Rasmus Hojlund (77) u Mario Pasalic (92) salvaw ir-riżultat lill-Bergamaschi.

Torino v Verona – Torino laqgħu lit-team ta’ qiegħ il-klassifika, Verona, u kel­lhom jikkuntentaw bi draw ta’ 1-1.

Milan Djuric (45) fetaħ l-iskor għall-viżitaturi iżda Aleksey Miranchuk (64) kiseb id-draw għal-Granata.

Lecce v Lazio – Kontra kull mistenni Lazio sfaw megħluba minn Lecce bl-is­kor ta’ 2-1.

Kien Ciro Immobile (14) li fetaħ l-iskor għal Lazio iżda fit-tieni taqsima Lecce dawru r-rebħa favur tagħhom minn Gabriel Strefezza (57) u Lorenzo Colombo (71).

Roma v Bologna – Penal­ty skorjat minn Lorenzo Pellegrini (6) kien biżżejjed biex Roma għelbu lil Bologna b’goal uniku biex irreġistraw rebħa mill-aktar importanti.

Fiorentina v Monza – Fiorentina ospitaw lil Monza u temmew fi draw ta’ 1-1 biex filwaqt li l-Viola fallew żewġ punti, Monza rebħu punt importanti.

Kien Arthur Cabral (19) li fetaħ l-iskor għal Fiorentina iżda Carlos Augusto (61) kiseb id-draw għal Monza.

Sport