Saturday, September 19, 2026
Home Sport Serie A: Juventus jiksbu t-tieni rebħa

Serie A: Juventus jiksbu t-tieni rebħa

0
234

Fis-Serie A, Juventus ksibu t-tieni rebħa, dik ta’ 2-0 kontra Parma fl-Allianz Stadium f’Turin. 

Nicolas Gonzalez fetaħ l-iskor fit-62 minuta wara li Juventus kienu diġà ħolqu diversi opportunitajiet, fosthom xutt ta’ Francisco Conceicao li ħabat mal-lasta. 

Parma ppruvaw jirreaġixxu, iżda d-daqqa ta’ ras ta’ David Romero ġiet salvata mill-goalkeeper ta’ Juventus. 

Fit-88 minuta, Teun Koopmeiners irdoppja l-vantaġġ wara pass ta’ Manuel Locatelli. 

B’din ir-rebħa, Juventus kisbu s-sitt punt tagħhom minn żewġ logħbiet u telgħu fit-tieni post tal-klassifika tas-Serie A, filwaqt li Parma baqgħu fis-17-il post mingħajr punti wara żewġ logħbiet fil-kampjonat Taljan.

LEAVE A REPLY

Please enter your comment!
Please enter your name here