Sunday, November 24, 2024

Serie A: Juventus jitilgħu fis-seba’ post

Aqra wkoll

Juventus marru għand Spezia u għelbuhom bl-iskor ta’ 2-0 biex telgħu fis-seba’ post minkejja li tnaqqsulhom 15-il punt.

Iż-żewġ goals waslu minn Moise Kean (32) u Angel Di Maria (66).

Atalanta v Lecce – Ata­lanta f’darhom ġew sorpriżi minn Lecce bl-iskor ta’ 2-1 biex ħadu skoss qawwi fit-tentattiv li jkomplu jisfidaw għal post mal-ewwel erbgħa. 

Il-goals tal-viżitaturi waslu minn Assan Ceesay (4) u Alexis Blin (74) filwaqt li Rasmus Hojlund (87) naqqas il-marġni għall-Bergamaschi. 

Salernitana v Lazio – La­zio marru għand Salernitana u ħarġu rebbieħa bl-iskkor ta’ 2-0.

Il-protagonista kien Ciro Immobile (60, 69 pen) li skor­ja ż-żewġ goals filwaqt li Luis Alberto (90) falla pe­nalty wara li Matteo Cancel­lieri twaqqa’ fil-kaxxa. 

Il-protersti ħorox ta’ Dylan Bronn (89) għal dan il-pe­nalty swewlu l-karta l-ħamra. 

Fiorentina v Empoli– Fiorentina laqgħu lil Empoli u ġew miżmuma fi draw ta’ 1-1. 

Kienu dawn tal-aħħar li fetħu l-iskor minn Nicolo Cambiaghi (28) filwaqt li Arthur Cabral (85) salva r-riżultat għall-Viola. 

 

Sport