Juventus u Milan spiċċaw fi draw f’partita bilanċjata u eċċitanti.
Iż-żewġ timijiet bdew l-istaġun b’żewġ rebħiet konsekuttivi, iżda kellhom diversi players neqsin.
Juventus ħolqu diversi opportunitajiet, speċjalment permezz ta’ Francisco Conceicao, li kien wieħed mill-aktar players perikolużi u saħansitra laqat il-lasta.
Milan, min-naħa l-oħra, skorjaw fit-68 minuta wara kontrattakk veloċi. Samuel Chukwueze għadda l-ballun lil Alphadjo Cisse, li kkontrollah tajjeb, daħal fil-kaxxa u tefa’ l-ballun fir-rokna tax-xibka biex poġġa lil Milan fil-vantaġġ.
Juventus komplew ifittxu l-goal tad-draw u għamlu pressjoni kbira fl-aħħar minuti … biex fil-ħin miżjud, eżattament fit-92 minuta, ġew ippremjati meta Teun Koopmeiners xeħet cross preċiż lejn Federico Gatti, li skorja b’daqqa ta’ ras biex salva r-riżultat għat-team immexxi mill-coach Luciano Spalletti




