Minn Cristian Muscat
ZABBAR ST PATRICK…….1
HAMRUN SPARTANS……..2
Permezz ta’ wirja ta’ karattru, Hamrun S. dawru telfa f’rebħa ta’ 2-1 kontra Zabbar St Patrick, biex irreġistraw l-ewwel rebħa tal-istaġun.
Fl-14-il minuta, Zabbar SP, rebħu penalty meta Kean Scicluna waqqa’ lil Vinicius Mendonca permezz ta’ extended foot. Mill-11il metru MARIO FONTANELLA għeleb għal kollox lill-goalkeeper debuttant ta’ Hamrun Spartans, Gabriele Marchegiani.
Kienet meħtieġa reazzjoni mmedjata minn Hamrun u din waslet fid-29 minuta meta l-Kroat eks player ta’ Roma, Ante Coric, kellu x-xutt mid-distanza devjat f’corner mill-goalkeeper, Patrik Mohorovic.
Mill-corner li rriżulta, l-Ispartans għamlu l-iskor indaqs meta l-ballun intemm għand MARCELO AGUILAR DE ALVES, li mill-viċin tefa’ ġewwa.
Dan il-goal provda injezzjoni morali lil Hamrun u fid-39 minuta resqu viċin li jaqilbu l-iskor meta l-player eks Sassuolo u Crotone fost oħrajn, Marcello Trotta kellu x-xutt insidjuż imdawwar f’corner minn Mohorovic.
Huma komplew jippressaw u fl-44 minuta reġa’ kien Trotta li ħoloq il-periklu meta kellu t-tentattiv tiegħu mill-viċin jerġa’ jiġi salvat tajjeb minn Mohorovic.
Fis-46 minuta, kien Nicolas Lancioni għal Zabbar li ttanta xortih permezz ta’ xutt sabiħ minn tarf il-kaxxa iżda l-goalkeeper ta’ Hamrun, Marchegiani, salva tajjeb.
Il-pressjoni kienet kollha fuq Hamrun u fis-67 minuta free-kick insidjuż ta’ Coric intemm ftit għoli.
Madankollu, fl-74 minuta, dawru l-iskor, liema goal kellu jkun dak tar-rebħa meta l-ewwel cross insidjuż ta’ Jake Grech ġie salvat parzjalment minn Mohorovic, biex mir-rebound pront kien MARCELLO TROTTA li minn taħt il-lasta tefa’ ġewwa, biex skorja l-ewwel goal tiegħu bil-flokk tal-Ispartans.
Zabbar SP: Patrik Mohorovic, Karlo Brucic, Nicolas Lancioni, Charles M’Mombwa (James Ellard 88), Joao Henrique Camargo, Jake Micallef (Thomas Melillo 88), Jurgen Pisani (Shelom Magri 67), Strahinja Jovancic, Zean Leonardi (Kaiden Fenech 92), Vinicius Mendonca (Franck Gouhon 46), Mario Fontanella – Coach: Gilbert Agius
Hamrun S.:Gabriele Marchegiani, Rafael Compri, Matthew Guuillamier, Jake Grech, Kean Scicluna, Ognjen Bjelicic, Marcello Trotta (Vincenzo Polito 88), Marcelo Aguilar De Alves (Damir Ceter 79), Ante Coric (Sven Xerri 79), Emerson Marcelina, Ryan Camenzuli (Shaisen Attard 61) – Coach: xxxx
Referee: Ezekiel Barbara
assistenti: David Castillo, Andrea Pavia Schiavone
Raba’ Uff.: Alex Johnson
Skorers: M. Fontanella pen. 16 (ZSP), M. Aguilar De Alves 30, M. Trotta 74 (HS)
Ammoniti: J. H.Mafra, C. M’Mombwa (ZSP), J. Grech (HS)
Player tal-Logħba: Ante Coric (Hamrun Spartans)




