Kien għall-ħabta tad-9.00pm meta raġel ta n-nar lilu nnifsu f’nofs Marsalforn.
Sorsi li tkellmu magħna qalulna li r-raġel li hu Malti kien qiegħed ma’ mejda ma’ tfajla Taljana fejn f’ħinijiet inqala’ argument. L-istess sorsi qalulna li t-tfajla nstemgħet tgħidlu li riedet itemm ir-relazzjoni tagħha minn miegħu.
Kien f’dan il-waqt li r-raġel warrab ftit minn fuq il-medja u mar ġab kontenitur tal-ħasil tal-ħwejjeġ, iżda kien mimli bil-petrol. Hu resaq lejn raġel li kien qiegħed ma’ medja oħra u talbu lighter.
Kien hawn li r-raġel tefa’ l-petrol fuqu u ta n-nar lilu nnifsu f’nofs Marsalforn. It-tfajla Taljana nfixlet u qamet minn fejn kienet u pprovat titfi n-nar minn fuq ir-raġel.
Ir-raġel bin-nirien imdawrin miegħu mar u qabeż il-baħar. Hu tella’ minn xi persuni, iżda sorsi li kienu fuq il-post qalulna li “kien qiegħed jgħajat ħafna bil-ħruq li kellu fuq ġismu.”
Fuq il-post mar tim mediku b’ambulanza fejn ħadu lir-raġel l-Isptar Ġenerali ta’ Għawdex.
Is-Supretendent Brenard Spiteri flimkien mal-Ispettur Keith Xerri qegħdin imexxu l-investigazzjonijiet.

