Sunday, September 6, 2026
Home Sport Malta Premier League: It-tieni rebħa konsekuttiva għal Sliema W. … it-tieni telfa...

Malta Premier League: It-tieni rebħa konsekuttiva għal Sliema W. … it-tieni telfa nfila għal Birkirkara

0
57
Ritratt: Mark Mangion

Minn Cristian Muscat

SLIEMA WANDERERS…. 2

BIRKIRKARA……………. 1

Sliema Wanderers għelbu lil Birkirkara bl-iskor ta’ 2-1, biż-żewġ goals jaslu wieħed f’kull taqisma, biex kisbu t-tieni rebħa konsekuttiva u kkundananw lill-Istripes għat-tieni telfa infila.

Kienu Birkirkara li ħolqu l-ewwel periklu fit-tmien minuta meta Junior De Souza ittanta xortih permezz ta’ lob delizzjuż mid-distanza hekk kif ipprova jaħsad lill-goalkeeper ta’ Sliema, Henry Bonello, iżda t-tentattiv tiegħu ntemm għoli.

Huma komplew jiddettaw il-logħob u tliet minuti wara, resqu ferm viċin li jiftħu l-iskor meta l-ewwel Franklin Sasere kellu x-xutt tiegħu salvat parzjalment minn Bo­nello, biex mir-rebound, Rafael Santos Vicente Ferreira, minn pożizzjoni ideali tefa’ inkredibbilment barra.

Kulma jmur kompla d- dominju tal-Istripes u fit-13-il minuta, Keith Brewer Shaft Jr, mill-viċin ħareġ l-aħjar ta’ Bonello, hekk kif salva bi bravura, biex evita goal ċert.

Iżda kontra x-xejra tal-logħob Sliema rebħu penalty proprju fl-ewwel periklu li ħolqu, fit-33 minuta, hekk kif Alex Satariano twaqqa’ fil-kaxxa, bir-referee Ish­mael Barbara jikkonferma dan il-penalty wara li kkkonsulta l-FVS, u li minnu s-sostitut NIKOLAOS KARELIS ma ħafirx.

Notevoli huwa l-fatt li fi tmiem l-ewwel taqsima tkeċċa il-goalkeeper ta’ riser­va ta’ Birkirkara, Rashed Al-Tumi, permezz ta’ karta ħamra diretta wara xi rimaki li għadda fil-konfront tar-referee, Ishmael Barbara.

Fil-ftuħ tat-tieni taqsima, Sliema, komplew bl-istess ritmu u, fil-55 minuta, rduppjaw l-iskor meta wara li rċieva minn cross preċiż, SEBASTIAN IONUT COJOCARU, mill-viċin spara ġewwa, bil-ballun jaħbat mal-wieqfa qabel intemm fix-xibka.

Birkirkara wieġbu fit-63 minuta meta free-kick ta’ Rafael Santos Vicente Ferreira għadda ferm għoli.

Huma komplew jippressaw fit-tentattiv li jnaqqsu l-marġni tal-iskor u fit-82 minuta ma kellhomx jiġu mċaħħda meta FERNANDINHO mill-viċin u b’intuwizzjoni naturali għall-goal tefa’ wara Bonello, biex ta tama ġdida lil Birkirakra.

Iżda, fis-86 minuta  kienu Sliema li resqu viċin li jis­kor­jaw it-tielet goal meta s-sostitut Adam Magri Ove­rend venven xutt b’saħħtu mill-viċin li ħareġ l-aħjar tal-goalkeeper mill-Kamerun ta’ Birkirkara, Fabrice Ondoa, li dawwar f’corner bi bravura.

Sliema W.: Henry Bonello, Jean Borg, Nigel Benjamin Robertha (Nikolaos Karelis 18), Teddy Teuma (Mohamed Awad 85), Gustavo Alcino, Alex Satariano, Vlatko Drobarov, Sebastian Ionut Cojocaru (Adam Magri Overend 73), Nusal Alli Wate (Brian Ariel Gambarte 85), Robin Polley, Steve Pisani   – Coach: Branko Nisevic

Birkirkara: Fabrice Ondoa, Wesley Bernardo Frazan, Rafael Santos Vicente Ferreira (Kemar Reid 70), Zach Muscat, Franklin Sasere, Keith Brewer Shaft Jr, Pablo Gabriel Sousa Alves, Jake Vassallo (Fernandinho 59), Aleandro Garzia (Jefferson Vinicius 70), Kadu Ribeiro (Neil Micallef 59), Junior De Souza (Louis Pahama 70)   – Coach: Paul Zammit

Referee: Ishmael Barbara

assistenti: James Muscat, Duncan Spencer

Raba’ Uff.: Emanuel Grech

Skorers: N. Karelis 35 pen, S. I. Co­jocaru 55 (SW), Fernandinho 82 (B)

Ammoniti: F. Sasere, J. Vassallo, L. Pahama (B), R. Polley, A. Sata­riano (SW)

Tkeċċa: R. Al Tumi 45 (B)

Player tal-Logħba: Nusal Alli Wate (S)

LEAVE A REPLY

Please enter your comment!
Please enter your name here