Sunday, October 11, 2026
Home Sport Serie A: Lazio jitilgħu jaqsmu l-ewwel post ma’ Inter

Serie A: Lazio jitilgħu jaqsmu l-ewwel post ma’ Inter

0
61

Lazio għelbu lil Monza 3-1 biex telgħu jaqsmu l-ewwel post ma’ Inter li għandhom differenza ta’ goals aħjar. 

D’din ir-rebħa, l-Aquile, irreġistraw rekord ġdid meta rebħu ħamsa mill-ewwel sitt logħbiet tagħhom fis-Serie A għall-ewwel darba fl-istorja tal-club. 

Nuno Tavares fetaħ l-iskor wara tliet minuti, filwaqt li Gustav Isaksen irdoppja l-vantaġġ fit-23 minuta. Monza spiċċaw b’għaxar players wara t-tkeċċija ta’ Lorenzo Lucchesi qabel il-mistrieħ.

Minkejja dan, Saba Goglichidze naqqas id-distakk fil-bidu tat-tieni taqsima, iżda Andrea Pinamonti ssiġilla r-rebħa għal Lazio lejn it-tmiem. 

LEAVE A REPLY

Please enter your comment!
Please enter your name here