Fil-Premier League Ingliż, Manchester City marru f’Anfield u għelbu lil Liverpool bl-iskor ta’ 3-0 bil-goals jaslu fi 13-il minuta, wara li r-Reds kellhom lil Ryan Gravenberch imkeċċi.
Liverpool niżlu għal din il-partita b’għadd ta’ players neqsin minħabba li qed jirkupraw minn injury.
Iżda huma kkrollaw wara li tkeċċa Gravenberch (62) għal żewġ karti sofor.
Tliet minuti wara, is-City fetħu l-iskor minn Erling Haaland wara xogħol tajjeb ta’ Jeremy Doku.
Fit-68 minuta sofrew goal ieħor meta Doku dawwar il-ballun lejn is-saqaf tax-xibka … u proprju 10 minuti wara, komplew jumiljaw lil Liverpool b’goal ieħor ta’ Rayan Cherki wara li rċieva mingħand Josko Gvardiol.




