Sunday, October 11, 2026
Home Sport Malta Premier League: Hibernians isalvaw ir-riżultat fil-ħin miżjud

Malta Premier League: Hibernians isalvaw ir-riżultat fil-ħin miżjud

0
60
File photo: Mark Mangion

Hamrun Spartans ……..2

Hibernians ………………..2

Ħamrun Spartans u Hibernians temmew il-konfront tagħhom fi draw ta’ 2-2, f’partita interessanti li offriet erba’ gowls u baqgħet miftuħa sal-aħħar, bil-Pawlisti li saħansitra salvaw punt b’gowl fid-90 minuta.

Iż-żewġ timijiet bdew il-partita b’ritmu tajjeb, iżda kienu Ħamrun Spartans li marru fil-vantaġġ fit-13-il minuta permezz ta’ Jake Grech. Il-gowl kien iċċekkjat mill-VAR u eventwalment ikkonfermat, biex l-Ispartans fetħu l-iskor.

Hibernians ma qatgħux qalbhom u fit-43 minuta kisbu l-gowl tad-draw permezz ta’ Moritz Romling, li għeleb lill-gowlkiper avversarju biex għamel l-iskor 1-1 skor li bih intemmet l-ewwel taqsima.

Hibernians ħarġu għat-tieni taqsima b’aktar determinazzjoni u fis-56 minuta kellhom opportunità tajba biex imorru għall-ewwel darba fil-vantaġġ, iżda l-konklużjoni ta’ Joseph Mbong għaddiet ftit barra.

Kienu iżda Ħamrun li fis-60 minuta reġgħu marru minn fuq. Marcello Trotta sab ix-xibka biex reġa’ ta l-vantaġġ lill-Ispartans għal 2-1.

Hibernians żiedu l-pressjoni tagħhom hekk kif beda għaddej il-ħin. Fil-65 minuta, il-gowlkiper ta’ Ħamrun Gabriele Marchegiani ħareġ tajjeb biex antiċipa lil Lautaro Lacunza u evita l-periklu.

Il-Pawlisti komplew jinsistu u fil-85 minuta reġgħu heddew serjament il-lasti ta’ Ħamrun, iżda Marchegiani kien attent u salva lit-tim tiegħu.

Meta kollox deher jindika li Ħamrun kienu se joħorġu bit-tliet punti, Hibernians ħasdu għal kollox lill-avversarji tagħhom meta saħansitra skorjaw fit-92 minuta permezz taż-żagħżugħ Jayden Roe laqtu lura fid-90 minuta bil-gowl li għamel l-iskor 2-2 u ċaħħad lill-Ispartans mir-rebħa fl-aħħar mumenti.

Ħamrun Spartans: Gabriele Marchegiani, Rafael Petrilio Compri (Jack Ipalibo 71 min), Sven Xerri, Matthew Guillaumier (Gonzalo Nicolas Virano 46 min), Jake Grech, Lucas Villela Iapert, Vincenzo Polito, Marcello Trotta (Damir Ceter Valencia 81 min), Ante Coric (Shaisen Attard 75 min), Emerson Marcelina (Daniel Letherby 81 min), Ryan Camenzuli.

Hibernians: Matteo Cardinali, Moritz Romling, Alfred Hamanjoda Silas, Kurt Shaw, Joseph Mbong, Jamie Jonathan Wahling (Fabian Jankovic 70 min), Dexter Xuereb (Isaiah Chukunyere 70 min), Matthew Ellul, Leandro Lautaro Lacunza, Alex Sobczyk (Boris Druga 81 min), Mouad El Fanis (Ryder Matos Santos Silva 83 min).

Referee: Fyodor Zammit.

Assistenti: Mark Ciantar, David Castillo.

Ir-raba’ uffiċjal: Glen Tonna.

Imwissija: Mouad Al Fanis (H), Marcello Trotta, Lucas Vilella Lapert (Ħ)

Skorjaw: Jake Grech 16 min, Marcello Trotta 61 min (Ħ), Moritz Romling, Jayden Roe 92 min (Hbs)

LEAVE A REPLY

Please enter your comment!
Please enter your name here