SLIEMA WANDERERS ……1
GZIRA UNITED ……………..1
Sliema Wanderers u Gżira United temmew id-derby tal-ġirien fi draw ta’ 1-1, f’partita li ntlagħbet fit-Tony Bezzina Stadium u li rat iż-żewġ gowls li kkaraterizzaw il-partita jaslu fl-ewwel 11-il minuta.
Sliema kellhom bidu mill-aqwa hekk kif wara biss żewġ minuti fetħu l-iskor permezz ta’ Anthony Limbombe Ekango, li poġġa lill-Wanderers fil-vantaġġ ta’ 1-0 wara li qarraq bil-goalkeeper Edoardo Colombo.
Ir-risposta ta’ Gżira ma damitx ma waslet u fil-11-il minuta kien Albion Pllana li sab ix-xibka wara li qabbeż minn fuq il-goalkeeper Henry Bonello.
Wara l-bidu movimentat, il-logħba saret aktar bilanċjata. Fil-15-il minuta Limbombe reġa’ kien involut fl-azzjoni għal Sliema meta tefa’ cross perikoluż, filwaqt li lejn tmiem l-ewwel taqsima Gżira kellhom opportunità minn freekick ta’ Felipe lejn Andre li pero’ ma kellu l-ebda eżitu.
Fit-tieni taqsima kienu Sliema li ħolqu diversi mill-aħjar opportunitajiet. Fit-53 minuta Limbombe pprova xutt ieħor iżda Henry Bonello kien attent.
Gżira wieġbu b’kontrattakk fis-57 minuta mibdi minn Albion Pllana iżda ma kellu l-ebda eżitu.
Min-naħa tagħhom, Sliema bdew jagħfsu għall-gowl tar-rebħa u fil-61 minuta Wale Musa Alli prova bir-ras, iżda l-konklużjoni tiegħu ġiet salvata mill-goalkeeper ta’ Gżira Edoardo Colombo.
Sitt minuti wara, Alli reġa’ kien protagonista b’xutt ieħor, iżda Colombo kien għal darb’oħra attent u salva.
Minkejja t-tentattivi tal-Wanderers, l-iskor baqa’ ma nbidilx biex iż-żewġ naħat kellhom jikkuntentaw b’punt kull wieħed.
Wara dan ir-riżultat, Sliema baqgħu fis-sitt post tal-klassifika hekk kif għandhom 11-il punt. Mill-banda l-oħra, dan kien it-tieni punt li kisbu l-Gżirjani li bih xorta baqgħu fin-naħa t’isfel tal-klassifika.
SLIEMA WANDERERS: Henry Bonello, Jean Borg (Nikolai Micallef 70 min), Diego Camara Calleja, Teddy Teuma, Brian Ariel Gambarte (Matteo Madeira Lorenzi 70 min), Anthony Limbombe Ekango (Nikolaos Karelis 77 min), Alexander Satariano, Vlatko Drobarov, Ionut Sebastian Cojocaru, Wale Musa Alli, Robin Polley (Adam Magri Overand 77 min) .
Kowċ: Branko Nisevic
GŻIRA UNITED: Edoardo Colombo, Albion Pllana (Luis Gabriel Moreira 60 min), Gabriel Mentz Bohrer, Deacon Abela, Andrew Borg, Brooklyn Borg (Dejan Farrugia 84 min), Andre Carlos Penha Da Costa (Mohamed Fofana 60 min), João Victor De Souza Teixeira, Filipe Bartolomeu Maio, David Xuereb, Francisco Saldanha De Morais.
Kowċ: Darren Abdilla
Referee: Philip Farrugia
Assistenti: Mitchell Scerri, Slawomir Olucha
Ir-Raba’ Uffiċjal: Vladimir Rizoski
Imwissija: Teddy Teuma, Brian Gambarte, Anthony Limbombe (S), Albion Pllana, Gabriel Bohrer Mentz, Andrew Borg, Joao Victor de Souza (G)
Skorjaw: Anthony Limbombe Ekange 2 min (S), Albion Pllana 11 min (G)
Plejer tal-Logħba: Gabriel Bohrer Mentz (Gżira)




