Fis-Serie A Juventus marru għand Cagliari u spiċċaw fi draw ta’ 1-1 grazzi għal goal tard tal-attakkant Franċiż, Randal Kolo Muani.
Cagliari marru fil-vantaġġ fl-20 minuta permezz ta’ Daniel Maldini, li skorja għall-erba’ logħbiet konsekuttivi.
Fit-tienit taqsima, il-Bianconeri iddominaw il-pussess iżda sabuha diffiċli biex joħolqu ċansijiet perikoluż … sakemm
Kolo Muani kiseb id-draw fid-81 minuta b’daqqa ta’ ras mill-cross ta’ Kerim Alajbegovic.
L-istess player kien sfortunat li ma tax r-rebħa lil Juventus meta ġie mċaħħada mil-lasta.
B’dan id-draw, Cagliari baqgħu fir-raba’ post, filwaqt li Juventus jinsabu fis-sitt post, żewġ punti warajhom.



