Tuesday, April 30, 2024

Serie A: Milan u Inter jimmiraw li jirritornaw għar-rebħ

Aqra wkoll

Wara li l-bieraħ tard fil-għaxija ntlagħbet il-partitissima tal-prog­ramm tas-Serie A ta’ tmiem il-ġimgħa bejn Napoli u Juventus, Milan u Inter jimmiraw li jirritornaw għar- rebħ wara li fl-aħħar ħarġa tagħhom ġew miżmuma fi draw identiku ta’ 2-2 minn Roma u Monza rispettivament. 

Lecce v Milan – Iċ-champions Milan għandhom l-għan li jkomplu jżommu l-pass mal-leaders Napoli meta jmorru fi Stadio Via del Mare sabiex jiltaqgħu kontra Lecce. Dawn tal-aħħar jinsabu f’pożizzjoni komda fil-klassifika, eżattament fil-11-il post, mingħajr il-biżgħa tar-relegazzjoni. 

Min-naħa tagħhom, Milan ġejjin minn draw xi ftit diżappuntanti kontra Roma u għalhekk iridu jirritornaw għar-rebħ.

Il-coach, Stefano Pioli, għandu numru ta’ players neqsin fosthom Sandro Tonali li huwa sospiż filwaqt li Zlatan Ibrahimovic, Simon Kjaer, Mike Maignan u Divock Origi għadhom imweġġgħin.

Lecce għandhom l-iskwadra kollha għad-dispo­żizzjoni tal-coch, Marco Ba­roni.

Inter v Verona – Inter iridu jinsew id-draw diżappuntanti kontra Monza bl-iskor ta’ 2-2 fejn fallew żewġ punti importanti u jiffokaw il-konċentrazzjoni kontra Verona fit-tenattiv li jirritornaw għar-rebħ 

Barra minn hekk huma ġejjin minn rebħa mqanżħa ta’ 2-1 fuq Parma fil-Coppa Italia liema partita kellha tmur fil-ħin barrani. 

Verona jinsabu involuti sew fil-ġlieda kontra r-rele­gazzjoni hekk kif qegħdin it-tielet post mill-aħħar b’di­sa’ punti biss minn 17-il logħba.

Inter għandhom tliet pedini importanti neqsin li jinkludu lill-goalkeeper Samir Handanovic, il-midfielder Marcelo Brozovic u l-attakkant Romelu Lukaku.

Roma v Fiorentina– Dan huwa konfront klassiku bejn żewġ timijiet li qed ifittxu li jiksbu post f’xi kompetizzjoni Ewropea fl-istaġun li ġej.

Roma, li s’issa naqsu li jkunu konsistenti, bil-konsegwenza li jinsabu fis-seba’ post iżda b’punti daqs Atalanta u Lazio. 

Rebħa għalihom hija imperattiva jekk iridu jibqgħu fl-isfida għal post Ewropew.

Roger Ibanez se jkun sospiż għal Roma bi Fiorentina li ma jistgħux jinkludu lil Marko Jovic, Rolando Mandragora u Riccardo Sottil.

Sassuolo v Lazio – Lazio huma favoriti li jiksbu t-  tliet punti meta jmorru għand Sassuolo. 

Mindu rritorna l-kampjonat wara l-waqfa minħabba t-Tazza tad-Dinja, Lazio naqsu li jimpressjonaw me­ta sofrew telfa kontra Lecce u ġew miżmuma minn Empoli 2-2 wara li Lazio kienu qed igawdu vantaġġ doppju.  

Huma se jilagħbu kontra team li d-difiża tiegħu qed issofri bosta goals u għaldaqstant għandhom jieħ­du vantaġġ minn dan il-fatt. 

Sassuolo għandhom lil Maxim Lopez nieqes min­ħabba uġigħ muskolari. Min-naħa ta’ Lazio, dawn għan­dhom lil Manuel Lazzari sospiż.

Programm kollu:

Illum

Cremonese v Monza 3.00 

Lecce v Milan 6.00

Inter v Verona 8.45

Għada

Sassuolo v Lazio 12.30

Udinese v Bologna 3.00

Torino v Spezia 3.00

Atalanta v Salernitana 6.00

Roma v Fiorentina 8.45

It-Tnejn

Empoli v Sampdoria 8.45

Sport