Monday, October 12, 2026
Home Internazzjonali Settembru ta’ din is-sena kien it-tieni l-aktar Settembru sħun li qatt ġie...

Settembru ta’ din is-sena kien it-tieni l-aktar Settembru sħun li qatt ġie rreġistrat fid-dinja

0
48

Settembru ta’ din is-sena kien it-tieni l-aktar wieħed sħun li qatt ġie rreġistrat fid-dinja. Dan hekk kif it-temperatura medja globali qabżet b’1.63 gradi Celsius.

Dan ħareġ minn rapport li ġie ppreżentati mill-Kumitat tat-Tibdil fil-Klima li hu servizz Ewropew. Mir-rapport ħareġ li t-temperatura medja globali x-xahar ta’ Settembru laħqet is-16.27 gradi Celsius, ftit inqas mir-rekord stabbilit fl-2023. 

Hekk wieħed jara x’seħħ fl-Ewropa jinduna li x-xahar ta’ Settembru ta’ din is-sena kien it-tielet l-aktar wieħed sħun fl-istorja minn hekk ilha tinħabar id-data. Il-pajjiżi li jinsabu fil-Punent tal-Ewropea esperjenzaw sħana “mhux normali” għax-xahar ta’ Settembru.

Min-naħa tagħha l-Ġnus Magħquda wissiet li l-fenomenu klimatiku El Niño kompla jisaħħaħ fl-Oċean Paċifiku u dan jista’ jwassal għal temperaturi rekord, nixfiet f’diversi pajjiżi u anke min-naħa l-oħra għargħar f’diversi pajjiżi madwar id-dinja.

F’kummenti li taw uffiċjali tal-UNICEF dwar it-temperaturi madwar id-dinja qalu li hemm aktar minn 347 miljun tifel u tifla li jgħixu fi kważi mitt pajjiżi li jistgħu jkunu esposti għal kundizzjonijiet estremi ta’ nixfa jew xita fix-xhur li ġejjin.

L-aktar li jintlaqtu mistennija se jkunu l-pajjiżi Asjatiċi u tal-Paċifiku, fejn hu stamt li 190 miljun tifel u tifla jgħixu f’żoni esposti għal dawn il-kundizzjonijiet. 

Catherine Russell, Direttriċi Eżekuttiva tal-UNICEF qalet li l-konsegwenzi jistgħu jinkludu nuqqas ta’ ikel u ilma tajjeb għax-xorb. Qalet ukoll li jista’ jkun hemm aktar tixrid ta’ mard li jistgħu jikkawżaw imwiet.

LEAVE A REPLY

Please enter your comment!
Please enter your name here