Sunday, November 24, 2024

Sewwieq ta’ mutur bi ġrieħi gravi wara inċident tat-traffiku f’Raħal Ġdid

Aqra wkoll

Anzjan ta’ 71 sena residenti Birkirkara qed isofri minn ġrieħi gravi, wara li lbieraħ għall-ħabta tad-9:00 p.m, kien involut f’inċident tat-traffiku fi Vjal Santa Luċija f’Raħal Ġdid

Minn stħarriġ illi sar, irriżulta li seħħet ħabta bejn karozza tat-tip BMW X1 misjuqa minn raġel ta’ 62 sena residenti Pembroke u mutur tat-tip Suzuki Hayabusa misjuq mill-vittma.

Is-sewwieq tal-mutur ingħata l-għajnuna minn tim mediku u ttieħed l-Isptar Mater Dei b’ambulanza għal aktar kura medika.

Il-Pulizija għaddejja bl-investigazzjonijiet fuq il-każ.

Sport