Sewwieq ta’ mutur sofra ġrieħi gravi wara li għall-ħabta tas-1:45 p.m kien involut f’inċident tat-traffiku fi Triq id-Difiża Ċivili fil-Mosta.
Minn stħarriġ illi sar irriżulta li kienet seħħet ħabta bejn mutur Kawazaki misjuq minn raġel ta’ 61 sena residenti l-Mosta u Hyundai I30 misjuqa minn raġel ta’ 40 sena residenti l-Mellieħa.
Fil-post issejjaħ tim mediku u ambulanza li ħadet lis-sewwieq tal-mutur lejn l-Isptar Mater Dei għal aktar kura.
L-investigazzjonijiet tal-Pulizija għadhom għaddejjin.