Monday, December 9, 2024

Sewwieq ta’ mutur jindarab gravi f’inċident tat-traffiku

Maria Azzopardi
Maria Azzopardi
Ġurnalista

Aqra wkoll

Raġel ta’ 51 sena residenti San Pawl il-Baħar sofra ġrieħi gravi wara li kien involut f’inċident tat-traffiku.

Dan seħħ ilbieraħ għall-ħabta tas-1.00p.m. fi triq il-Belt Valletta, Ħal Qormi.

Mill-investigazzjonijiet preliminari irriżulta li fl-istess inċident kienu involuti żewġ vetturi, mutur tal-għamla Kawasaki J125 misjuq mir-raġel ta’ 51 sena u karozza Nissan March misjuqa minn mara ta’ 25 sena minn Ħaż-Żebbuġ.

Is-sewwieq tal-mutur ingħata l-assistenza fuq il-post minn tim mediku, imbad ittieħed l-Isptar Mater Dei permezz t’ambulanza, fejn aktar tard ġie ċċertifikat bi ġrieħi gravi.

Investigazzjonijiet mill-pulizija għadhom għaddejjin.

Ekonomija

Sport