Sunday, May 5, 2024

Sewwieq ta’ mutur jittieħed l-isptar wara inċident tat-traffiku f’Tas-Sliema

Aqra wkoll

Kien għall-ħabta tal-5.30pm meta sewwieq ta’ mutur kien involut f’inċident tat-traffiku fi Triq Fortizza tas-Sliema.

Bħalissa fuq il-post għadhom kemm waslu l-uffiċjali tal-pulizija li mill-ewwel bdew l-investigazzjonijiet tagħhom. Kelliem għall-Pulizija qal lil Talk News li l-pulizija ġew informati b’dan l-inċident inqas minn għaxar minuti ilu.

Mill-ewwel investigazzjonijiet jidher li l-inċident seħħ bejn il-mutur u karozza tal-linja.

Jidher li s-sewwieq hu ħaddiem li jqassam l-ikel. L-identità u l-kundizzjoni tas-sewwieq tal-mutur għadha mhix magħrfa.

Aktar dettalji kif jaslulna.

Sport