Sewwieq ta’ mutur kellu jidaħħal l-Isptar wara li għall-ħabta tal-11.05am kien involut f’inċident eżatt ħdejn ir-roundabout malli toħroġ mit-triq tal-Manikata direzzjoni Mellieħa.
Kelliem għall-pulizija qal lil dan is-sit li fi bidu tat-triq tal-Manikata kien hemm erba’ vetturi weqfin peress li hemm roundount (dawn kienu qegħdin iħarsu lejn il-pompla tal-petrol).
Għal xi raġuni sewwieq ta’ karozza ieħor baqa’ dieħel fuq wara tal-karozzi bil-konsegwenza li bejn il-karozzi kien hemm mutur.
Mad-daqqa s-sewwieq tal-mutur waqa mal-art u ssejjaħ tim mediku li wara li assistew lill-persuna ttieħed l-Isptar Mater Dei.
Għalkemm s’issa l-kundizzjoni tiegħu għadha mhux stabbilità, jidher li ma weġġax gravi.
Minħabba dan l-inċident it-triq tinsab magħluqa għat-traffiku u dawk kollha li jkunu ġejjin mill-Manikata direzzjoni Mellieħa qegħdin jintalbu biex jgħaddu mit-triq li twassal għal Popeye Village.
Il-pulizija qegħdin fuq il-post jinvestigaw dan l-inċident.

