Sunday, December 22, 2024

Sfida lill-Pulizija għall-ġlied u pprova jaħrab mill-Għassa taż-Żejtun

Aqra wkoll

Raġel ta’ 46 sena, li kien sfida Pulizija fl-Għassa taż-Żejtun għall-ġlied u anke kien approva jaħrab mill-kustodja tal-Pulizija u dan meta kien qedj jinżamm arrestat fl-istess għassa, kellu l-piena ta’ ħabs imnaqqsa minn seba’ xhur għal xahrejn.

Dan seħħ minħabba li l-Qorti tal-Appell fid-deċiżjoni tagħha qalet li “eżaminat bir-reqqa d-depożizzjonijiet tax-xhieda mogħtija quddiem l-Ewwel Qorti u mhix sodisfatta li jirriżulta ppruvat sal-grad li trid il-liġi f’kawżi penali li l-Carl Bonniċi uża xi forza, u wisq anqas vjolenza, diretta lejn il-persuna ta’ xi wieħed mill-uffiċjali tal-Pulizija li kienu qegħdin jeżegwixxu l-Mandat ta’ Arrest. Il-vjolenza trid jew il-ħebb trid tkun fil-konfront tal- uffiċjali. Iżda din it-tip ta’ vjolenza ma teżistix mill-provi prodotti. Għalhekk Carl Bonniċi ser jiġi liberat mit-tieni imputazzjoni addebitata fil-konfront tiegħu”.

Is-sentenza qalet li “Bonniċi kien qiegħed fl-Għassa tal-Pulizija taż-Żejtun fejn mar biex jiffirma. Dak il-ħin kien infurmat li kien hemm Mandat ta’ Arrest kontrih u kien allegat li hu pprova jaħrab mill-post, irreżista l-Pulizija u hedded uffiċjal tal-Korp.”

L-Ispettur Caroline Fabri xehdet li Carl Bonniċi kien mar l-Għassa ħa jiffirma u qalulu li kien hemm Mandat ta’ Arrest fil-konfront tiegħu. Tgħid li talab biex imur id-dar u jitla’ l-Qorti l-għada fil-għodu iżda qalulu li l-Mandat ta’ Arrest kellu jkun esegwit. Spjegat li hu ta s-salt biex jaħrab mill- Għassa u beda jirreżisti lil tliet Pulizija. Huma daħħluh l-Għassa, immanettjawh u ħaduh il-Kwartieri Ġenerali tal-Pulizija. Tixhed li l-għada meta Bonniċi mar biex jiffirma kien hemm kuntistabbli li l-jum ta’ qabel kien għen biex Carl Bonnici jiddaħħal fl-Għassa u Bonniċi lil dan l-uffiċjal. Wara qal li dan kien sar b’ċajta. L- iSpettur Fabri iddikjarat li Bonniċi lilha qalilha li kien iddispjaċih u qalilha wkoll li meta jiġi arrestat iħossu magħluq.”


Il-Pulizija Glenn Calleja xehed li Bonniċi kien irreżista l-arrest u li hu kellu jintervjeni. Jgħid li hekk kif mar hu, Bonniċi daħal fil-vettura tas-servizz. Jispjega li l-għada Bonniċi mar jisfidah għall-ġlied iżda wara ftit minuti mar jispjegalu li kien irrabjat meta qal dak il-kliem għax hu kien mar il-Qorti għalxejn.

Il-Pulizija Jerry Attard ikkonferma li l-iSpettur Fabri mill-ewwel kienet oġġezzjonat li Bonniċi imur id-dar. Qal li dan pprova jaħrab u poġġa fuq tarġa ħdejn l- Għassa u li wara kkalma u aċċetta li jkun arrestat. Jgħid li għall-ewwel Carl Bonniċi ipprova jirreżisti imma waqaf malli ra li kienu erba’ Pulizija. Jgħid li kien laħaq ġera xi għaxar metri.

Ekonomija

Sport