Somalu ta’ 31 sena resident Ħal Qormi tilef ħajtu, wara li aktar kmieni għall-ħabta tal-11:30 a.m, kien involut f’inċident fi Triq Manuel Dimech f’San Ġiljan.
Minn stħarriġ illi sar, irriżulta li l-vittma ħa xokk waqt li kien qed jarma scaffolding.
Tim mediku assista lir-raġel u ttieħed l-Isptar Mater Dei permezz t’ambulanza.
Sfortunatament huwa kien iċċertifikat mejjet ftit tal-ħin wara.
L-investigazzjonijiet tal-Pulizija u tal-Awtorità għas-Saħħa u s-Sigurtà Fuq il-Post tax-Xogħol għadhom għaddejjin