Friday, July 17, 2026
Home Sport Southgate jsejjaħ l-iskwadra Ingliża għaż-żewġ partiti li ġejjin

Southgate jsejjaħ l-iskwadra Ingliża għaż-żewġ partiti li ġejjin

0
313

Il-manager tal-Ingilterra, Gareth Southgate (ritratt), sejjaħ l-iskwadra tiegħu għal-logħbiet kontra l-Awstralja u l-Italja li se jintlagħbu f’Wembley Stadium fejn inkluda lill-attakkant ta’ Aston Villa, Ollie Watkins, li l-aħħar li deher għall-Ingilterra kien f’Marzu 2022, meta qed ikollu bidu impressjonanti għall-istaġun b’hat-trick kontra Brighton is-Sibt li għadda.

L-attakkant ta’ Chelsea, Raheem Sterling, tħalla barra mir-raba’ skwadra konsekuttiva.

L-Ingilterra tilgħab kontra l-Awstralja f’partita ta’ ħbiberija fit-13 ta’ Ottubru u l-Italja f’partita ta’ kwalifikazzjoni għall-Euro 2024 fis-17 ta’ Ottubru.

Jarrod Bowen ta’ West Ham, imsejjaħ fl-iskwadra tal-Ingilterra għall-ewwel darba f’Mejju 2022, jirritorna wara li tilef l-iskwadra ta’ Settembru.

Bukayo Saka huwa nkluż ukoll, minkejja li l-manager ta’ Arsenal, Mikel Arteta, iddeskriva l-aħħar injury tal-winger bħala “inkwetanti” wara li t-Tlieta ħareġ bi problema muskolari fl-34 minuta kontra Lens.

Wara li rċevew l-ewwel sejħiet fl-iskwadra għall-partiti ta’ Settembru, l-attakkant ta’ Arsenal, Eddie Nketiah, u d-difensur ċentrali ta’ Chelsea, Levi Colwill, it-tnejn żammew posthom.

Jordan Henderson, magħżul wara li ħalla lil Liverpool biex jingħaqad mat-team tal-Arabja Sawdija, Al-Ettifaq, f’Lulju, żamm postu fl-iskwadra, kif għamel id-di­fensur ċentrali ta’ Manchester United, Harry Maguire. Huwa għamel l-ewwel bidu tal-istaġun fir-rebħa ta’ 3-0 tal-League Cup fuq Crystal Palace l-ġimgħa l-oħra.

L-iskwadra kollha hija:

Goalkeepers: Jordan Pickford (Everton), Aaron Ramsdale (Arsenal), Sam Johnstone (C. Palace).

Difensuri: Levi Colwill (Chelsea), Lewis Dunk (Brighton), Marc Guehi (C. Pa­lace), Harry Maguire (Man Utd), Kyle Wal­ker, John Stones (Man City), Fikayo Tomori (Milan), Kieran Trippier (Newcastle U.).

Midfielders: Trent Alexander-Arnold (Li­verpool), Jude Bellingham (Real Madrid), Conor Gallagher (Chelsea), Jordan Henderson (Al-Ettifaq), Kalvin Phillips (Man City), Declan Rice (Arsenal).

Attakkanti: Jarrod Bowen (West Ham), Phil Foden, Jack Grealish (Man City), Harry Kane (Bayern M.), James Maddison (Tottenham), Eddie Nketiah, Bukayo Saka, (Arsenal), Marcus Rashford (Man Utd), Ollie Watkins (Aston Villa).