Tuesday, July 2, 2024

Spettaklu ta’ lwien waqt il-Valletta Pageant of the Seas

Aqra wkoll

Ilbieraħ, il-Port il-Kbir inbidel f’festa ta’ kuluri u spettaklu hekk kif ittellgħet il-ħames edizzjoni tal-Valletta Pageant of the Seas. Dan l-avveniment, li jittella’ kull sentejn, issa għandu postu mnaqqax fil-kalendarju kulturali tal-Belt Valletta.

L-edizzjoni ta’ din is-sena offriet spettaklu kbir fuq il-baħar magħmul mill-akbar funtani tal-ilma li qatt rajna f’pajjiżna, bi projezzjonijiet fuq is-swar ta’ Sant’Anġlu b’tema ambjentali, logħob tan-nar sinkronizzat u spettaklu ta’ dawl.

Il-Valletta Pageant of the Seas ittellgħet mill-Aġenzija Kulturali għall-Belt, bl-appoġġ tal-Ministeru għall-Wirt Nazzjonali, l-Arti u l-Gvern Lokali u l-Awtorità Maltija għat-Turiżmu.

Ekonomija

ĦALLI RISPOSTA

Jekk jogħġbok ikteb il-kumment tiegħek!
Jekk jogħġbok iktebismek hawn

Sport