Sunday, May 5, 2024

Steward Health Care tressaq ilment uffiċjali mal-Kummissjoni Ewropea kontra l-Gvern Malti

Aqra wkoll

Steward Health Care International ftit tal-ħin ilu ħabbret li kienet ressqet ilment uffiċjali kontra l-Gvern Malti mal-Kummissjoni Ewropea dwar ksur fuq diversi affarijiet tal-liġijiet tal-Unjoni Ewropea.

Dan l-ilment tressaq minkejja li Steward Health Care appellat mis-sentenza li kienet ingħatat dwar il-konċessjoni tat-tliet sptarijiet.

Fi stqarrija Steward Health Care International tgħid li s-sentenza dwar il-konċessjoni tat-tliet sptarijiet jiksru diversi liġijiet tal-Unjoni Ewropea fuq diversi binarji. Hija tallega wkoll li l-verdett wasal ta’ riżultat politiku u mhux dwar il-fatti kif inhuma.

Minħabba diversi raġunijiet hemm tħassib dwar ir-rule of law f’Malta. Hija tgħid li se tibqa’ għaddejja bil-proċess ġudizjarju li beda f’Malta kif ukoll se timxi wkoll għal proċess ġudizjarju mal-Awtoritajiet Ġudizjarji Ewropej.

Sport