Friday, May 3, 2024

STĦARRIĠ: ROBERT ABELA FDAT 27.8% AKTAR MINN BERNARD GRECH

Aqra wkoll

Meta applikata l-Multiple Imputation Technique, il-mexxej Laburista Robert Abela huwa fdat 27.8% aktar mill-Kap Nazzjonalista Bernard Grech. 

Filwaqt li 50.1% jafdaw lil Robert Abela biex imexxi l-pajjiż, 22.3% tal-elettorat għandhom fiduċja f’Bernard Grech. Waqt li 15.2% wieġbu li ma jafdaw lil ħadd, 9.9% wieġbu ma jafux u 2.5% qalu li jafdaw mexxejja oħra.

Fost il-votanti li vvutaw lill-Partit Laburista fl-Elezzjoni Ġenerali tal-2022, 82.2% qalu li jafdaw l-aktar lil Robert Abela, 0.9% wieġbu Bernard Grech, 7.3% qalu li ma jafdaw lil ħadd, 4.5% wieġbu li ma jafux, 3.7% għażlu li ma jweġbux u 1.4% qalu li oħrajn. 

Mill-banda l-oħra, fost il-votanti li vvutaw lill-Partit Nazzjonalista fl-Elezzjoni Ġenerali tal-2022, 64.0% wieġbu li jafdaw lil Bernard Grech, 2.4% qalu li Robert Abela, 17.1% wieġbu li ħadd, 6.1% qalu oħrajn, 7.9% wieġbu ma jafux u 2.5% għażlu li ma jweġbux. 

Sport