Dominque McShain, personalità magħrufa ħafna fuq il-pjattaforma TikTok, tilfet il-battalja mal-kanċer. Hija li kienet iddokumentat il-battalja tagħha online u kellha kważi 200,000 persuna jsegwuha fuq TikTok.
McShain kienet qiegħda tistudja l-psikoloġija meta ta’ 20 sena t-tobba tawha l-aħbar kerha li kellha kanċer terminali tal-kolon. Minkejja li kienu qalulha li għad fadalla madwar ħames snin ħajja, hija mietet dan ix-xahar, ftit iktar minn sena tad-djanjosi tagħha.