Wednesday, April 24, 2024

Stima ta’ 100,000 impjieg ġdid fl-aħħar 10 snin

L-Analista Finanzjarju Steve Ellul

Claudio Coleiro
Claudio Coleiro
Ġurnalist

Aqra wkoll

Mitlub jikkummenta dwar l-aħħar għaxar snin, l-analista finanzjarju Steve Ellul qalilna li dawn l-aħħar snin raw tisħiħ ekonomiku li kien bla preċedent f’pajjiżna, partikolarment f’dak li għandu x’jaqsam mal-qasam tax-xogħol fejn rajna tisħiħ li qatt ma rajna bħalu qabel.

Fakkar li llum għandna l-inqas rata ta’ qgħad fl-istorja u bl-akbar ammont ta’ nies jaħdmu bi qligħ li qatt kellna fl-istorja. Huwa kkalkukat li fl-aħħar għaxar snin inħolqu mal-100,000 impjieg ġdid. Żied jitkellem dwar kif minn barra dan, id-dħul ta’ kull min jaħdem żdied b’rata li konna ilna ma naraw f’dawn l-aħħar snin.

Qal ukoll li l-aħħar għaxar snin irriflettew ukoll andament ekonomiku b’saħħtu f’numru ta’ setturi, inkluzi dak finanzjarju, tal-manifattura u tal-proprjetà. Wieħed mill-fatturi ewlenin għal dan kollu kien il-fiduċja li s-settur tan-negozju u anke l-ħaddiema kellhom fl-andament ekonomiku ta’ pajjiżna.

Ellul qal li xi ħaġa li ma napprezzawhiex biżżejjed hi li fl-aħħar għaxar snin kellna stabbiltà qawwija fir-relazzjonijiet industrijali, dik l-istabbilità bejn il-ħaddiema u min iħaddem li wasslet biex ikollna andament ekonomiku qawwi li qatt ma kellna bħalu qabel.

“Grazzi għal dan l-andament ekonomiku, illum għandna l-akbar ammont ta’ tfaddil, 24 biljun ewro, tal-maltin fil-banek lokali. L-andament ekonomiku b’saħħtu wassal ukoll biex in-nies għandhom aktar flus fl-idejn milli kellhom qabel”, tenna Ellul.

Sport