Tuesday, May 14, 2024

Suċċess doppju għal Jurgen Balzan fil-Belġju

Aqra wkoll

Fi tmiem il-ġimgħa li għaddiet il-plejer Malti Jurgen Balzan flimkien mat-tim tiegħu Belġjan ST Stembert, kellhom suċċess doppju meta barra li rebħu l-kampjonat Nazzjonali Belġjan, rebħu ukoll it-tazza tal-Belġju.

F’dan it-turnament prestiġjuż ħadu sehem għaxar timijiet.  ST Stembert rebħu dawn l-unuri mingħajr l-ebda telfa.  It-tim kien iffurmat minn Daniel Scheen, Pascal Scheen, Jurgen Balzan, Eric Threis, Ludovic Phontieux, Christopher Sabetta u Melina Scheen. 

Fit-tieni post ġew Charleroi SC, fit-tielet JSC Rochefort u fir-raba post Hennuyer.  Balzan kellu prestazzjoni tajba ferm f’dan l-istaġun mat-tim ST Stembert.

Sport