Sunday, November 24, 2024

“Taħseb li l-Etna qiegħda Malta”

… Bosta jammiraw xena maqbuda f’ritratt tal-fotografu Daniel Cilia

Aqra wkoll

Għal darba oħra l-fotografija ta’ Daniel Cilia ġibdet l-għajn ta’ bosta hekk kif f’ritratt li qasam mas-segwaċi, irnexxielu jaqbad l-Etna miksija bil-borra.

Filwaqt li kien hemm uħud li staqsew dwar il-ġenwinità tar-ritratt, Cilia kkonferma li r-ritratt ittieħed minn Triq il-Barrieri ż-Żurrieq.

Fost dawk li kkummentaw dwar ir-ritratt kien hemm uħud li qal li tant hi sabiħa x-xena li taħseb li l-Etna qiegħda Malta.

Din mhijiex xena ġdida mal-fotografu hekk kif bosta huma dawk li jsegwu l-paġna tiegħu filwaqt li hu jkompli jdur u jaqbad xeni spettakolari li normalment f’dawn iż-żminijiet narawhom fil-kartolini. 

Sport