Friday, September 13, 2024

Taljana fil-periklu tal-mewt wara li sabet ruħha f’diffikultà waqt li kienet qed tgħum fl-inħawi ta’ Fra Ben

Aqra wkoll

Taljana ta’ 19 -il sena tinsab fil-periklu tal-mewt. Dan wara li lbieraħ għall-ħabta tas-7:00 p.m, il-Pulizija ġiet infurmata li kien hemm bżonn l-assistenza fiż-żona ta’ Fra Ben, il-Qawra.

Minn stħarriġ illi sar, irriżulta li l-vittma sabet ruħha f’diffikultà waqt li kienet
qiegħda tgħum. Hija minnufih ingħatat l-ewwel għajnuna minn xi ħbieb li kienu fil-qrib u minn membri tas-Soċjetà tas-Salib l-Aħmar, filwaqt li ftit tal-ħin wara wasal tim mediku mill-Isptar Mater Dei u membri mid-Dipartiment tal-Protezzjoni Ċivili.

It-tfajla ttieħdet l-isptar permezz t’ambulanza.

Il-Pulizija għaddejja bl-investigazzjonijiet fuq il-każ.

Ekonomija

ĦALLI RISPOSTA

Jekk jogħġbok ikteb il-kumment tiegħek!
Jekk jogħġbok iktebismek hawn

Sport