Monday, May 13, 2024

Tammetti li serqet €9,000 f’ġojjelli minn dar fis-Swieqi

Aqra wkoll

Maria Callus ta’ 37 sena mir-Rabat Malta ammettiet li serqet b’madwar €9,000 f’ġojjelli minn dar fis-Swieqi. Filwaqt li ammettiet li wettqet din is-serqa qalet li għamlet dak li għamlet għax kienet tgħix fil-faqar.

Il-Maġistrat Nadine Lia meta ġiet biex tagħti s-sentenza qalet li l-fedina penali tal-mara kienet kważi netta. Hi kkunsidrat ukoll li għaddiet informazzjoni lill-Pulizija dwar lil min biegħet il-ġojjellerija.

Il-Qorti qalet li trid issib bilanċ bejn il-vittma u l-aspett riformattiv tal-akkużata kif ukoll wara li l-prosekuzzjoni u d-difiża qablu dwar il-piena.

Qalet li l-ħabs mhux ideali f’dan il-każ u għalhekk poġġiet lil Callus taħt ordni ta’ probation għal 3 snin.

Il-Prosekuzzjoni tmexxiet mill-Ispettur Keith Xerri.

Sport