Il-Pulizija Taljana qiegħdin jinvestigaw każ ta’ mewt ta’ tarbija li seħħ nhar il-Ħadd li għadda f’Bisceglie fl-Italja.
Kien wara nofsinhar meta membri tal-familja tat-tarbija marru l-isptar biha u mill-ewwel eżamijiet mediċi ndunaw li kienet fil-periklu tal-mewt. Fil-fatt minkejja kull tentattiv biex it-tarbija ssalva hija ġiet iċertifikata mejta.
Mill-ewwel ġew informati l-pulizija Taljana fejn tkellmu mal-ġenituri tat-tarbija. L-omm qalet li t-tarbija waqgħet minn fuq is-sodda waqt li kienet rieqda u dan minkejja li fit-tarf tal-istess sodda kellha affarijiet biex hi ma taqax.
Il-katavru tat-tarbija qiegħed f’idejn il-pulizija hekk kif infetħet investigazzjoni dwar x’seta’ wassal biex hi titlef ħajjitha.









