Monday, May 13, 2024

Tarbija ta’ sitt xhur titwieled b’kundizzjoni ġenetika tant rari li m’għandhiex isem

Maria Azzopardi
Maria Azzopardi
Ġurnalista

Aqra wkoll

Omm qed titlob lit-tobba biex jagħmlu aktar riċerka dwar il-kundizzjoni ġenetika ta’ binha li hija tant rari li m’għandhiex isem.

Lucinda Andrews, mara ta’ 32 sena minn Chatham ġewwa Kent, welldet lil Leo wara tqala normali fil-5 ta’ Marzu.

Ftit wara t-twelid tiegħu, it-tobba indunaw li ma kienx qed iċċaqlaq dirgħajh u riġlejh. Apparti minn hekk ma kienx qed iċċaqlaq rasu minn naħa għal oħra.

Eżamijiet oħra sabu li Leo jbati minn kundizzjoni ġenetika li hija tant rari li għad m’għandhiex isem. Din il-kundizzjoni taffettwa dik li tissejjaħ “protejn coding TBCD gene”. Mard marbut ma’ din il-gene għandhom x’jaqsmu mal-iżvilupp u l-mod kif jaħdem il-moħħ.

Lucinda qalet li trid li t-tobba jagħmlu aktar riċerka sabiex jittrattaw lil Leo, li minħabba din il-kundizzjoni huwa ma jistax jibki u problemi tan-nifs. Apparti minn hekk il-moħħ tat-tifel ta’ sitt xhut huwa wkoll affettwat mill-kundizzjoni tant li beda jkollu aċċessjonijiet epilettiċi.

Għalissa, it-trattament ewlieni tat-tarbija huwa l-fiżjoterapija li jagħmilhia mid-dar.  Kull nhar ta’ Tnejn huwa wkoll imur il-pixxina biex ikun jista’ jagħmel l-eżerċizzji.

Wara li qasmet l-istorja tagħha fuq il-midja soċjali, Lucinda sabet sitt familji oħra li għandhom tfal bl-istess kundizzjoni ġenetika.

Sport