Nhar il-Ġimgħa fil-11:00a.m, ġewwa l-Knisja ta’ San Publiju fil-Furjana se tingħata l-aħħar tislima lil piunier tax-xandir f’Malta, Norman Hamilton.
Dan tħabbar mill-familjari tiegħu fejn ġie appellat sabiex minflok fjuri, japrezzaw jekk jingħataw donzzjonijiet lil Puttinu Cares.
Hamilton ħalla din id-dinja it-Tlieta waranofsinhar, fl-età ta’ 85 sena. Bosta kienu dawk li sellmu l-memorja tiegħu permezz tal-midja soċjali.
Fost dawn kien hemm il-messaġġ tal-Prim Ministru Robert Abela, fejn qal li Norman se jibqa’ mfakkar b’mod partikolari għall-karriera twila tiegħu fix-xandir, fejn għal snin sħaħ kien wiċċ u vuċi familjari fid-djar Maltin u l-Għawdxin.

