Wednesday, August 12, 2026
Home Internazzjonali L-awtoritajiet Iranjani qatlu lil Marzieh Neyri wara li nstabet ħatja li “qatlet...

L-awtoritajiet Iranjani qatlu lil Marzieh Neyri wara li nstabet ħatja li “qatlet lir-raġel”

0
2

L-istorja ta’ Neyri hija waħda xokkanti hekk kif hi ġiet sfurzata tiżżewweġ ta’ 17-il sena. Fl-2021 meta kellha biss 18-il sena, wieħed mis-sħab ta’ żewġha fin-negozju pprova jabbuża sesswalment hekk kif kien taħt l-influwenza tal-alkoħol.

Jirriżulta li waqt dan l-attentat kien hemm żewġha d-dar ukoll li “kien qed jieħu gost li s-sieħeb tiegħu kien se jkollu x’jaqsam magħha”.

Kien hawn li Neyri qabdet sikkina u waqt il-konfużjoni sħiħa li kien hemm qatlet lil żewġha.

Il-Qorti Iranjana qalet li mhux qiegħda taċċetta l-verżjoni tat-tfajla li dak li wettqet kien biex tiddefendi lilha nnifisha minn abbuż sesswali. Ir-raġel li kien se jwettaq l-abbuż ċaħad dan kollu u ta verżjoni totalment differenti minn dik tat-tfajla.

Għalhekk hija kienet ikkundannat għal mewt u fil-fatt hija nqatlet fit-8 ta’ Awwissu li għadda fil-ħabs ta’ Qazvin.

LEAVE A REPLY

Please enter your comment!
Please enter your name here