Illum, għall-ħabta ta’ nofsinhar, il-Pulizija ġiet infurmata li kien hemm bżonn lassistenza f’childcare centre fi Triq Garcin, l-Imsida minħabba li kien hemm tarbija mitlufa minn sensieha.
Il-Pulizija, flimkien ma’ tim mediku mill-Isptar Mater Dei marru minnufih fuq il-post, fejn hemmhekk sabu lit-tarbija, tifel ta’ erba’ xhur, qed jingħata l-assistenza medika mill-membri tal-istess ċentru.
Wara li t-tim mediku kompla jassisti lit-tifel, ittieħed l-Isptar Mater Dei permezz t’ambulanza fejn ġie ċċertifikat li qiegħed f’qagħda serja.
Il-Maġistrat Dr Philip Galea Farrugia LL.D ġie infurmat bil-każ u ħatar inkjesta, filwaqt li linvestigazzjonijiet tal-Pulizija għadhom għaddejjin.


