Monday, November 4, 2024

Tazza Spanjola: Real Madrid fis-semifinali b’rebħa fuq ir-rivali Atletico Madrid

Aqra wkoll

Real Madrid għaddew għas-semifinali tat-Tazza Spanjola meta dawru telfa f’rebħa biex għelbu lil Atletico Madrid bl-iskor ta’ 3-1.

Kien Alvaro Morata (19) li fetaħ l-iskor għal Atletico wara xogħol tajjeb ta’ Koke.

It-team immexxi mill-coach, Diego Simeone, dan igawdi dan il-vantaġġ minimu għal siegħa sħiħa minħabba li fid-79 minuta Real Madrid kisbu d-draw. 

U kien goal mill-isbaħ hekk kif is-sostitut Rodrygo qabad ballun f’nofs il-ground u b’azzjoni personali għeleb diversi players avversarji qabel ma xeħet fix-xibka. 

Il-partita baqgħet f’paritá u għaldaqstant kellu jintlagħab il-ħin barrani. 

Madankollu fid-99 minuta, Atletico spiċċaw jilagħbu bi player inqas meta tkeċċa Stefan Savic għat-tieni karta safra. U b’superjoritá numerika, Real iddominaw biex ħames minuti wara huma marru fil-vantaġġ meta Karim Benzema kkonkluda b’volley mill-cross ta’ Marco Asensio. 

Fil-120 minuta, Real Madrid issiġillaw ir-rebħa meta Vinicius Jr rebaħ il-ballun … ġera 50 metru u b’azzjoni personali għeleb lill-goalkeeper Jan Oblak biex inkuruna l-wirja tiegħu wara li matul il-ġurnata kien il-mira ta’ razziżmu ta’ partitarji ta’ Atletico Madrid. 

Sport