Leandro Paredes appella dwar is-sospensjoni ta’ 10 logħbiet li ngħata minħabba l-involviment tiegħu fit-taqbida li seħħet wara l-finali tat-Tazza tad-Dinja 2026 bejn l-Arġentina u Spanja.
Paredes sostna li Gavi laqtu f’sidru waqt il-konfront u jqis il-piena tiegħu bħala eżaġerata meta mqabbla ma’ dik tal-Ispanjol.
Wara t-tisfira finali, Paredes allegatament qabad lil Eric Garcia minn għonqu u mbagħad kien involut fi ġlieda ma’ Gavi, fejn deher ukoll jolqtu f’wiċċu.
Il-FIFA ssanzjonat erba’ plejers Arġentini, fosthom Paredes. Gavi ngħata sospensjoni ta’ logħba waħda biss.
Paredes qal li se jappella d-deċiżjoni biex jipprova jnaqqas is-sanzjoni. Gavi, min-naħa tiegħu, qal li x-xeni ma tawx immaġni tajba tal-football, iżda ma jemminx li Paredes u sħabu kellhom jiġu sospiżi.




