Saturday, July 20, 2024

Tbassir ta’ uragan qawwi fil-gżejjer tal-Karibew

Aqra wkoll

L-awtoritajiet fil-ħajjiżi tal-Karibew qed iwissu lir-residenti biex jagħmlu tħejjijiet ta’ emerġenza b’rispons għal uragan qawwi u potenzjalment fatali li qed ikompli jissaħħaħ u jersaq lejhom. L-uragan imlaqqam Beryl, l-ewwel wieħed imsemmi f’dan l-istaġun, mistenni jasal fuq għadd ta’ gżejjer tard nhar il-Ħadd li ġej.

Dawk li jbassru t-temp qalu li l-uragan huwa estremament perikoluż u qed jantiċipaw li jiżviluppa f’maltempata ta’ kategorija erbgħa – jiġifieri huwa mbassar li jkollu riħ qawwi li jilħaq 155 mil fis-siegħa.

Il-maltemp kbir huwa mistenni jkompli jissaħħaħ hekk kif jasal qrib il-gżejjer tal-Karibew tal-Barbados, Dominika, Grenada u Martinique, fost oħrajn.

Huwa rari li dan ir-reġjun fil-parti tal-Atlantiku jara maltempata tintensifika malajr b’dan il-mod, u hekk kmieni fl-istaġun. Diversi gżejjer madwar l-Antilles ta’ isfel qed jiffaċċjaw riskju estrem għall-ħajjiet u l-proprjetà, wissa Alex DaSilva, il-Mexxej li jbassar l-Uragani ta’ l-aġenzija AccuWeather.

In-nies madwar ir-reġjun qed jippreparaw billi jitilqu minn djarhom u qed joħolqu kjuwijiet għall-fjuwil fl-istazzjonijiet tal-mili u jaħżnu provvisti u ilma bi tħejjija għall-maltemp fil-belt kapitali ta’ Bridgetown ta’ Barbados.

F’indirizz lin-nazzjon nhar is-Sibt bil-lejl, il-Prim Ministru tal-Barbados ħeġġeġ lir-residenti biex joqogħdu attenti għall-ħbieb, il-familja u l-ġirien tagħhom.

Dawk li jbassru t-temp jgħidu li l-Uragan Beryl, li fforma nhar il-Ġmgħa bil-lejl minn maltempata tropikali, diġà għandu riħ forza ta’ 130 mil fis-siegħa hekk kif sejjer lejn il-gżejjer tal-Punent tal-Karibew.

Huma jbassru li sa meta l-maltempata tolqot il-Gżejjer Windward – magħmulin minn Dominika, Martinique, Santa Luċija, San Vinċenz, Grenadini u Grenada – se jkun hemm irjieħ ta’ uragan u maltempata ta’ theddida għall-ħajja b’żieda kbira ta’ xita qawwija.

L-uragan Beryl hija t-tieni maltempata tal-istaġun wara l-Maltempata Tropikali Alberto, li waslet fil-Grigal tal-Messiku fl-20 ta’ Ġnju. Ix-xita qawwija ta’ dik il-maltempata qatlet erba’ persuni.

Is-servizz meteoroloġiku tal-Barbados ħareġ twissijiet ta’ qtugħ tad-dawl u għargħar b’daqqa, hekk kif l-uragan mistenni jgħaddi madwar 26 mil fin-nofsinhar tal-gżira. Fil-maltempata mistennija tinżel sa sitt pulzieri ta’ xita fuq il-gżejjer tal-Karibew inkluż il-Barbados.

Fil-gżejjer San Vinċenz u l-Grenadini, il-Prim Ministru Ralph Gonsalves ħeġġeġ lis-sidien tas-supermarkets u l-pompi tal-petrol biex jestendu l-ħinijiet tal-ftuħ tagħhom qabel il-wasla tal-uragan, u żied li xelters ta’ emerġenza se jiftħu l-Ħadd.

L-istaġun tal-uragani, li jibda mill-1 ta’ Ġnju sat-30 ta’ Novembru, huwa mbassar li se jkun wieħed impenjattiv din is-sena, skont dawk li jbassru t-temp. Il-bassara qalu li jista’ jkun hemm sa 25 maltempata fl-2024. Bejn tmienja u 13 minn dawk il-maltempati jistgħu jiżviluppaw f’uragani.

L-Uragan Beryl issa huwa wieħed mill-ewwel maltempati li wissiet dwarhom in-National Oceanic and Atmospheric Administration (NOAA) .

Ħames biss kienu l-uragani kbar – kategorija 3+ – li ġew irreġistrati fl-Atlantiku qabel l-ewwel ġimgħa ta Lulju. Beryl ikun is-sitt u l-aktar wieħed kmieni fil-Lvant imbiegħed fl-Atlantiku tropikali.”

L-uragani huma kategorizzati fuq skala minn wieħed sa ħamsa, bil-maltempati tal-kategorija ħames iġorru l-aktar irjieħat estremi ta’ aktar minn 155mph. Iktar ma l-uragan ikun b’saħħtu, iktar ikun meqjus li kapaċi jagħmel ħsara. Fl-istaġun tal-uragani tal-2023 kien hemm 19-il maltempata ta’ dan it-tip.

Ekonomija

ĦALLI RISPOSTA

Jekk jogħġbok ikteb il-kumment tiegħek!
Jekk jogħġbok iktebismek hawn

Sport