Tuesday, May 14, 2024

Telfa oħra għal Barcelona

Aqra wkoll

Real Valladolid kisbu tliet punti vitali fil-ġlieda tagħhom biex jevitaw ir-relegazzjoni, hekk kif it-Tlieta filgħaxija għelbu liċ-champions il-ġodda, Barcelona 3-1 f’Estadio Jose Zorrilla.

Kienu Valladolid li fetħu l-iskor, b’Andreas Christensen (2) jikkommetti auto-goal biex tahom bidu tal-ħolm. Huma rduppjaw il-vantaġġ ftit wara minn penalty meta Eric Garcia ffawlja lil Gonzalo Plata fil-kaxxa, u Cyle Larin 22() għeleb lil Marc-Andre Ter Stegen.

Plata (73) żied it-tielet ta’ La Pucela fit-tieni taqsima, meta għeleb lil Inaki Pena, li ħa post Marc-Andre Ter Stegen fit-tieni taqsima.

Robert Lewandowski (84) skorja goal ta’ konsolazzjoni għal Barca li għalih kien it-23 wieħed tal-istaġun f’La Liga, li żgur kiseb ir-rebħa fit-taqtiegħa għal Pichichi.

Din kienet it-tieni telfa wara l-oħra wara dik kontra Real Sociedad fi tmiem il-ġimgħa waqt li r-rebħa rat lil Valladolid jitilgħu fis-17-il post u barra miż-żona tar-relegazzjoni.

Sport