Għal dawk kollha li jħobbu l-jiem tal-Ġimgħa Mqaddsa, it-tbassir tat-temp hu wieħed li se jagħtihom sodisfazzjoni.
Is-sit l-Aġġornament tat-Temp qiegħed ibassar li minkejja li minn Sqallija ‘l fuq se jkun hemm firxa ta’ pressjoni baxxa li se tintensifika u magħha l-maltemp, iċ-Ċentru tal-Mediterran se jkun taħt sistema ta’ pressjoni għolja u mhux mistenni maltemp la f’Ħamis ix-Xirka, la fil-Ġimgħa l-Kbira u lanqas fl-Għid il-Kbir.
Filwaqt li minn Sqallija lfuq firxa ta’ pressjoni baxxa ser tintensifika u marbut magħha hemm il- Maltemp, ic – ċentru tal- Mediterran ser ikun taħt sistema ta’ pressjoni għolja u mhux mistenni maltemp kemm f’ Ħamis ix-Xirka, kemm fil – ġimgħa l kbira, kif ukoll f l Għid il- kbir. Qiegħed jingħata dan l aġġornament daqshekk fit- tul għax jidher ċar li ser tippersisti pressjoni għolja.